Inżidu fl-impenn kontra d-drogi filwaqt li niffukaw fuq l-għajnuna lill-vittmi.
Nhar il-15 ta' April 2015, il-Gvern introduċa att li jipprovdi għat-trattament ta' persuni fil-pussess ta' kwantitajiet żgħar ta' droga pprojbita għal użu personali u għal miżuri oħra għar-rijabilitazzjoni ta' persuni li jbatu mid-dipendenza tad-droga.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dan is-suġġett, il-Ministeru tal-Ġustizzja Kultura u Gvern Lokali jistiednek biex tistaqsi mistoqsijiet fuq l-imejl: drugdependence.mjcl@gov.mt

Abbozz Dwar Id-Dipendenza Fuq Id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija)